21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/38
Rikors ippreżentat fid-19 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-567/08)
(2009/C 44/64)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u V. Peere, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruhu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/36/KE tas-7 ta' Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (1) u, f'kull każ, billi naqas milli jikkomunika dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/36/KE skada fl-20 ta' Ottubru 2007. Għandu jingħad ukoll li, fid-data tal-preżentata ta' dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax il-miżuri kollha neċessarji sabiex jittrasponi d-direttiva jew, f'kull każ, naqas milli jikkomunika dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
(1) ĠU L 255, p. 22.
Full & Egal Universal Law Academy