21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/39
Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-575/08)
(2009/C 44/66)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Peere u P. Dejmek, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet
—
tikkonstata li billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill 2005/56/KE tas-26 ta' Ottubru 2005, dwar mergers transkonfinali ta' kumpanniji ta' responsabbiltà limitata (1), ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju ta' Belġju għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/56/KE skada fl-14 ta' Diċembru 2007. Għandu jingħad ukoll li, sad-data tal-preżentata ta' dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu m'adottax il-miżuri ta' traspożizzjoni neċessarji kollha jew, f'kull każ, kien għadu ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni.
(1) ĠU L 310, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy