7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Antwerpen, Afdeling Hasselt (il-Belġju) fid-29 ta' Diċembru 2008 — Rijksdienst voor pensioenen vs E. Brouwer
(Kawża C-577/08)
(2009/C 55/25)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Arbeidshof te Antwerpen, Afdeling Hasselt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Rijksdienst voor pensioenen
Konvenuta: E. Brouwer
Domandi preliminari
Id-Digrieti Rjali ta' 1.12.1969, 18.6.1970, 8.6.1971, 14.9.1972, 31.7.1973, 12.7.1974, 13.2.1975, 28.11.1975, 26.11.1976, 26.9.1977, 31.7.1978, 31.8.1979, 2.12.1980, 13.1.1982, 14.3.1983, 11.1.1984, 30.11.1984, 24.1.1986, 30.12.1986, 6.1.1988, 2.12.1988, 30.11.1989, 10.12.1990, 1.6.1993, 8.12.1993, 19.12.1994 u 10.10.1995, adottati skont l-Artikolu 25 tad-Digriet Rjali tal-21 ta' Diċembru 1967, dwar regoli ġenerali fuq l-iskema tal-pensjoni ta' rtirar u tas-superstiti tal-persuni impjegati, li jipprevedu li, għall-kalkolu tal-pensjoni ta' rtirar tal-ħaddiema transkonfinali nisa, jiġu ffissati remunerazzjonijiet preżunti u/jew standard inferjuri minn dawk ta' ħaddiema transkonfinali rġiel, huma konformi mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7/KEE (1) tad-19 ta' Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali?
(1) Direttiva 79/7/KEE tad-19 ta' Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali (ĠU 1979, L 6, p. 24).
Full & Egal Universal Law Academy