7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-VAT and Duties Tribunal, Londra (Ir-Renju Unit) fid-29 ta' Diċembru 2008 — EMI Group Ltd vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs
(Kawża C-581/08)
(2009/C 55/28)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
VAT and Duties Tribunal, Londra
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: EMI Group Ltd
Konvenut: The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs
Domandi preliminari
a)
Kif għandha tiġi interpretata l-aħħar sentenza tal-Artikolu 5(6) tas-Sitt Direttiva (1) fil-kuntest taċ-ċirkustanzi ta' din il-kawża?
b)
B'mod partikolari, x'inhuma l-karatterstiċi essenzjali ta' “kampjun” skont is- sens tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 5(6) tas-Sitt Direttiva?
ċ)
Jista' Stat Membru jillimita l-interpretazzjoni ta' “kampjun” fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 5(6) tas-Sitt Direttiva għal:
(i)
kampjun industrijali f'forma li mhijiex normalment disponibbli għall-bejgħ lill-pubbliku mogħti lil klijent attwali jew potenzjali tal-impriża (sa l-1993),
(ii)
kampjun wieħed biss, jew biss l-ewwel kampjun minn dawk mogħtija mill-istess persuna lill-istess destinatarju fejn dawn il-kampjuni huma identiċi jew ma fejn ma jeżistux differenzi materjali bejniethom (mill-1993)?
d)
Jista' Stat Membru jillimita l-interpretazzjoni ta' “rigali ta' valur żgħir” fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 5(6) tas-Sitt Direttiva b'tali mod li jeskludi:
(i)
rigal ta' oġġetti li jifforma parti minn serje jew sensiela ta' rigali mogħtija lill-istess persuna minn żmien għal żmien (sa Ottubru 2003),
(ii)
kwalunkwe rigal ta' impriża mogħti lill-istess persuna fi kwalunkwe perijodu ta' 12-il xhar fejn il-prezz totali jaqbeż il-50 GBP (minn Ottubru 2003 'il quddiem)?
e)
Jekk ir-risposta għad-domanda 3(ii) jew għal kwalunkwe parti mid-domanda 4 tkun fl-affermattiv, fejn persuna taxxabbli tagħti rigal simili jew identiku ta' mużika rrekordjata lil żewġ jew aktar individwi differenti minħabba l-kwalitajiet personali tagħhom li jinfluwenzaw il-livell ta' pubbliċità li l-artist inkwistjoni jirċievi, jista' l-Istat Membru jittratta dawn l-oġġetti bħala mogħtija lill-istess persuna sempliċement għaliex dawn l-individwi huma impjegati mill-istess persuna?
f)
Ir-risposti għad-domandi (a) sa (e) hawn fuq ikunu affettwati jekk id-destinatarju jkun hu stess, jew ikun impjegat minn, persuna kompletament taxxabbli, li jkun jista' (jew li kien seta') jnaqqas kull taxxa input li titħallas fuq il-provvista ta' oġġetti li jikkonsistu f'kampjun?
(1) Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy