21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/39
Appell ippreżentat fl-24 ta' Diċembru 2008 minn Christos Gogos mis-sentenza mogħtija fil-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) fil-15 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża T-583/08, Christos Gogos vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-583/08 P)
(2009/C 44/67)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Appellant: Christos Gogos (rappreżentanti N. Korogiannakis, avukat, u P. Katsimanis, avukat)
Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tal-appellant
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza;
—
tannulla d-deċiżjoni li tikklassifika lir-rikorrent fil-grad A7 kif ukoll iċ-ċaħda tal-ilment tiegħu mressaq fl-24 ta' Novembru 2003;
—
teżerċita l-kompetenza sħiħa tagħha sabiex talloka lir-rikorrent EUR 538 121,79 bħala ħlas għad-dannu ekonomiku dovut għall-aġir tal-Kummissjoni, kif jidher manifestament mid-deċiżjoni li toħloqlu preġudizzju, dannu li r-riforma amministrattiva żiedet l-effett tiegħu għal kemm idum ħaj ir-rikorrent;
—
talloka EUR 50 000 ta' kumpens għad-dewmien sabiex tkun adottata d-deċiżjoni tal-ewwel istanza;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż magħmula mill-appellant, kemm fil-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza kif ukoll fil-kawża tal-appell.
Aggravji u argumenti prinċipali
Fl-appell tiegħu mis-sentenza T-66/04 tal-15 ta' Ottubru 2008, Christos Gogos vs Il-Kummissjoni Ewropea, l-appellant Christos Gogos isostni, l-ewwel nett, żewġ aggravji insostenn għat-talbiet tiegħu għall-annullament tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza:
L-ewwel nett, l-appellant jilmenta l-motivazzjoni nieqsa u insuffiċjenti għal ħamsa mis-sitt motivi għall-annullament li huwa invoka fl-ewwel istanza.
It-tieni nett, l-appellant isostni li d-dewmien fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza mhuwiex iġġustifikat b'raġunijiet oġġettivi. Barra minn hekk, huwa jinvoka d-dannu ekonomiku u d-dannu morali kkawżat b'dan id-dewmien.
Full & Egal Universal Law Academy