21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/40
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-24 ta' Diċembru 2008 — Peter Pammer vs Reederei Karl Schlüter GmbH & Co KG
(Kawża C-585/08)
(2009/C 44/68)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Peter Pammer
Konvenuta: Reederei Karl Schlüter GmbH & Co KG
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 15(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (1) jista' jiġi interpretat fis-sens li vjaġġ “għal prezz inklussiv” jinkludi wkoll “vjaġġ fuq bastiment tat-tagħbija”?
2)
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, sabiex attività titqies bħala li tkun 'immexxija' [destinata] lejn Stat Membru fis-sens tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001, huwa biżżejjed li s-sit virtwali tal-aġenzija tal-ivvjaġġar ikun jista' jiġi kkonsultat fuq l-Internet?
(1) ĠU 2001, L 12, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy