7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrattivo Regionale del Lazio (l-Italja) fid-29 ta' Diċembru 2008 — Angelo Rubino vs Ministero dell'Università e della Ricerca
(Kawża C-586/08)
(2009/C 55/30)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrattivo Regionale del Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Angelo Rubino
Konvenut: Ministero dell'Università e della Ricerca
Domanda preliminari
Il-prinċipji Komunitarji tal-eliminazzjoni tal-ostakli għall-moviment liberu tal-persuni u servizzi bejn Stati membri tal-Komunità, u ta' rikonoxximent reċiproku ta' diplomi, ċertifikati u provi oħra ta' kwalifiki formali, imsemmija fl-Artikolu 3(1)(c) u 47(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u d-dispożizzjonijiet li jinsabu fid-Direttiva 2005/36/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik Taljana li tinsab fid-digriet leġiżlattiv nru 206/2007, li teskludi lill-għalliema universitarji mill-qasam tal-professjonijiet irregolati għall-finijiet tar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali?
(1) ĠU L 255, p. 22.
Full & Egal Universal Law Academy