Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Frar 2009 – MPDV Mikrolab vs UASI
(Kawża C‑17/08 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 7(1)(ċ) – Rifjut ta’ reġistrazzjoni – Trade mark verbali manufacturing score card – Karattru deskrittiv”
Appell - Aggravji - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 27)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla), tat-8 ta’ Novembru 2007, MPDV Mikrolab vs UASI (manufacturing score card) (T‑459/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Ottubru 2005, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “manufacturing score card” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35 u 42 – Karattru distintiv ta’ trade mark verbali magħmula minn kliem li kull waħda minnhom tiddeskrivi karatteristiċi tal-prodotti jew servizzi kkonċernati.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
MPDV Mikrolab GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy