Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2008 – Enercon vs UASI
(Kawża C‑20/08 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Trade mark tridimensjonali kkostitwita mill-forma tal-prodott – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 7(1) – Karattru distintiv tat-trade mark – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”
1. Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 73) (ara l-punti 28, 29)
2. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58) (ara l-punti 52-54)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Novembru 2007, Enercon vs UASI (T-71/06), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Novembru 2005, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-Eżaminatur li jirrifjuta r-reġistrazzjoni ta’ trade mark tridimensjonali Komunitarja li tirrappreżenta l-kisja ta’ barra tal-magna ta’ turbina li taħdem bir-riħ għal prodotti fil-klassi 7 – Karattru distintiv ta’ trade mark tridimensjonali kkostitwita mill-forma tal-prodott.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Enercon GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy