DIGRIET TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Jannar 2009
Kawża C-38/08 P
Jörn Sack
vs
Il‑Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Appell – Servizz pubbliku – Remunerazzjoni – Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-allowance għal kariga prevista għall-kapijiet tad-diviżjoni lil konsulent legali fil-grad A*14 – Prinċipju ta’ trattament ugwali”
Suġġett: Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, tal-11 ta’ Diċembru 2007, Sack vs Il-Kummissjoni (T‑66/05), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrent li kellu bħala suġġett talba għal annullament tad-deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-iffissar tal-ħlas ta’ kull xahar tar-rikorrent minn Mejju 2004 sa Frar 2005, talba għal kalkolu ġdid ta’ dan il-ħlas, u talba għal annullament tad-deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrent – Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-allowance għal kariga prevista għall-kapijiet tad-diviżjoni lil konsulent legali fil-grad A*14 tas-servizz legali tal-Kummissjoni li jkun żgura l-koordinazzjoni ta’ grupp ta’ ħidma – Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.
Deċiżjoni: L-appell huwa miċħud. J. Sack għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk tal-Kummissjoni.
Sommarju
1. Appell – Aggravji – Motiv ippreżentat għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell – Inammissibbiltà
(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 42(2) u 118)
2. Uffiċjali – Trattament ugwali – Limiti – Vantaġġ mogħti b’mod illegali
3. Uffiċjali – Organizzazzjoni tad-dipartimenti – Diviżjoni
Full & Egal Universal Law Academy