Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Frar 2009 – Bild digital u ZVS Zeitungsvertrieb Stuttgart vs Präsident des Deutschen Patent- und Markenamts
(Kawżi magħquda C‑39/08 u C‑43/08)
“L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Direttiva 89/104/KEE – Applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark – Eżami individwali ta’ kull każ – Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-deċiżjonijiet preċedenti – Inammissibbiltà manifesta”
Approssimazzjoni tal-liġijiet – Trade marks – Direttiva 89/104 – Rifjut ta’ reġistrazzjoni jew ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità – Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri – Effett (Direttiva tal-Kunsill 89/104, Artikolu 3(1)(b) u (ċ))(ara l‑punt 19)
Suġġett
Talba għal domanda preliminari - Bundespatentgericht (il-Ġermanja) - Interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92) - Eżami tal-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade mark fuq bażi individwali mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni deċiżjonijiet preċedenti adottati f’sitwazzjonijiet simili - Rifjut ta’ reġistrazzjoni ta’ trade mark opposta minn applikant proprjetarju ta’ serje ta’ trade marks analogi.
Dispożittiv
L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru mitluba tiddeċiedi fuq applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark mhijiex obbligata teskludi l-motivi għal rifjut ta’ reġistrazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3(1)(b) u (ċ) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/10/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1991, u li tilqa’ din it-talba minħabba li s-sinjal li għalih saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala trade mark huwa kompost b’mod identiku jew simili għal sinjal li għalih hija diġà laqgħet ir-reġistrazzjoni bħala trade mark u li jkopri prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu.
Full & Egal Universal Law Academy