Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Mejju 2008 – Raulin vs Franza
(Kawża C‑49/08)
“Rikors ta’ persuna fiżika kontra Stat Membru għall-annullament ta’ deċiżjoni mogħtija minn qorti nazzjonali kif ukoll għall-konstatazzjoni ta’ ksur tad-dritt Komunitarju min-naħa ta’ dan l-Istat – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”
1. Rikors għal annullament – Atti tal-awtoritajiet nazzjonali – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 7-8)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Dritt ta’ azzjoni rriżervat għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri – Rikors minn persuna fiżika jew ġuridika – Inammissibbiltà (Artikoli 226 KE u 227 KE) (ara l-punti 9-10)
Suġġett
Rikors għall-annullament – Ksur, min-naħa ta’ Stat Membru, tad-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE, tal-14 ta’ Ottubru 1991, dwar l-obbligazzjoni ta’ min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU L 288, p. 32) - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Dispożittiv
1)
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq dan ir-rikors.
2)
S. Raulin għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy