Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Marzu 2009 – Cheminova et vs Il‑Kummissjoni
(Kawża C‑60/08 P(R))
“Appell – Proċeduri għal miżuri provviżorji – Irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom il-malathion – Ammissibbiltà – Urġenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova (ara l-punti 36-38)
2. Appell - Aggravji (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58) (ara l-punt 71)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-4 ta’ Diċembru 2007, Cheminova et vs Il‑Kummissjoni (T‑326/07 R) - Cheminova A/S et vs Il‑Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li tiċħad talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/389/KE, tas-6 ta’ Ġunju 2007, dwar in-noninklużjoni tal-malathion fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (ĠU L 146, p. 19).
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Cheminova A/S, Cheminova Agro Italia Srl, Cheminova Bulgaria EOOD, Agrodan SA u Lodi SAS huma kkundannati għall-ispejjeż.
3)
European Crop Protection Association (ECPA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy