Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Novembru 2008 – Cabrera Sánchez vs UASI
(Kawża C‑81/08 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b) – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Trade mark imħallta verbali u figurattiva – Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark preċedenti”
Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225(1) KE; Statut tal‑Qorti tal‑Ġustizzja, Artikolu 58(1)) (ara l-punt 24)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla), tat-13 ta’ Diċembru 2007, Cabrera Sánchez vs UASI - Industrias Cárnicas Valle (T‑242/06) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors ippreżentat kontra d‑deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Ġunju 2006 (Każ R 790/2005-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Miguel Cabrera Sánchez u Industrias Cárnicas Valle, SA.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
M. Cabrera Sánchez huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy