Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Lulju 2008 – Pitsiorlas vs Il-Kunsill u BĊE
(Kawża C‑84/08 P)
“Appell – Terminu – Inammissibbiltà”
1. Proċedura – Termini għall-preżentata ta’ appell – Dekadenza – Appell (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 56; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 37(6) u 81(2); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(2)) (ara l-punti 8-12)
2. Proċedura – Termini għall-preżentata ta’ appell – Dekadenza – Forza maġġuri – Kunċett (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 45) (ara l-punti 14-15)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Novembru 2007, Pitsiorlas vs Il-Kunsill u BĊE (T-3/00 u T-337/04), li tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-21 ta’ Ottubru 1999 li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti relattivi għall-Ftehim Basel/Nyborg u li tiċħad it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Lulju 1999 li tirrifjuta li r-rikorrent jingħata aċċess għal dawn id-dokumenti kif ukoll ir-rikors għad-danni intiż biex jinkiseb kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrent b’riżultat tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill u tal-BĊE li jirrifjutaw li huwa jingħata aċċess għal ċerti dokumenti relattivi għall-Ftehim Basel/Nyborg (1987) li huwa kien talab sabiex ikun jista’ jħejji t-teżi tiegħu tad-dottorat.
Dispositif
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
A. Pitsiorlas għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy