Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 – K & L Ruppert Stiftung vs UASI
(Kawża C‑90/08 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva CORPO LIVRE – Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali preċedenti LIVRE – Produzzjoni tardiva tal-prova tal-użu tat-trade marks preċedenti – Oppożizzjoni miċħuda”
1. Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Termini (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 71(1)) (ara l-punti 21-24)
2. Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 43(2) u (3), u 74(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Regola 22(1)) (ara l-punti 35, 36)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2007, K & L Ruppert Stiftung vs UASI - Lopes de Almeida Cunha, Couto Simões, Lima Jatobá (T‑86/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali “LIVRE” għal prodotti fil-klassi 25, kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Diċembru 2004, li tiċħad ir-rikors kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta l-oppożizzjoni tiegħu kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva “CORPO LIVRE” għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25 - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Oppożizzjoni miċħuda abbażi tal-produzzjoni tardiva tal-prova tal-użu tat-trade marks preċedenti.
Dispożittiv
1) L-appell huwa miċħud.
2) K & L Ruppert Stiftung & Co. Handels-KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy