Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Lulju 2008 – Pellegrini vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑114/08 P(R))
“Appell – Miżuri provviżorji – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità – Nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni – Ħlas fuq bażi provviżorja tal-kumpens mitlub fil-kawża prinċipali – Nuqqas ta’ fumus boni juris”
1. Rikors għad-danni – Suġġett – Talba għal kumpens għall-illegalità ta’ deċiżjoni meħuda minn korp nazzjonali fl-applikazzjoni ta’ liġi komunitarja – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kundizzjonijiet – Imputabbiltà tal-illegalità allegata lil istituzzjoni Komunitarja (Artikoli 235 KE u 288(2) KE) (ara l-punti 17-19)
2. Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Fatt li l-Kummissjoni ma bdietx proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Fatt li ma jikkostitwixxix illegalità (Artikolu 226 KE u 288(2) KE) (ara l-punti 20-22)
Suġġett
Appell ippreżentat mid-Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-7 ta’ Jannar 2008, fil-kawża, Rosario Maria Pellegrini vs Il-Kummissjoni (T-375/07 R), li ċaħdet it-talba għall-miżuri provviżorji sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tagħmel tajjeb, b’mod provviżorju, għad-dannu finanzjarju allegatament sostnut mir-rikorrent minħabba li din l-istituzzjoni naqset milli tiżgura applikazzjoni sħiħa u interpretazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet Komunitarji li jirregolaw l-attivitajiet tal-intermedjarji finanzjarji.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
M. Rosario Maria Pellegrini għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati ma’ din l-istanza.
Full & Egal Universal Law Academy