Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ April 2010 – Pellegrini vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-114/08 P(R)-INT)
“Proċedura – Talba għal interpretazzjoni – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà tat-talba – Inammissibbiltà”
Proċedura - Interpretazzjoni ta’ sentenza - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà tat-talba (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 43) (ara l-punt 6)
Suġġett
Talba għall-interpretazzjoni tad-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (President) (li issa saret il-Qorti Ġenerali), tas-7 ta’ Jannar 2008, fil-Kawża T‑375/07 R, Rosario Maria Pellegrini vs Il-Kummissjoni, li ċaħdet it-talba għall-miżuri provviżorji sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tagħmel tajjeb, b’mod provviżorju, għad-dannu finanzjarju allegatament sostnut mir-rikorrent minħabba li din l-istituzzjoni naqset milli tiżgura applikazzjoni sħiħa u interpretazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet Komunitarji li jirregolaw l-attivitajiet tal-intermedjarji finanzjarji.
Dispożittiv
1)
It-talba għal interpretazzjoni hija miċħuda.
2)
R. Pellegrini għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy