Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009 – Carlos Cloet u Jacqueline Cloet vs West-Vlaamse Intercommunale voor Economische Expansie, Huisvestingsbeleid en Technische Bijstand
(Kawża C‑129/08)
“Talba għal deċiżjoni preliminari – Ma hemmx lok li tingħata risposta”
Domandi preliminari - Kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja - Qorti tar-rinviju li ma tistax tipprovdi kjarifiki indispensabbli lill-Qorti tal-Ġustizzja peress li l-kawża ma għadhiex iktar pendenti quddiemha minħabba appell mid-deċiżjoni tar-rinviju - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni (Artikolu 234 KE) (ara l-punti 9-11)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Rechtbank van eerste aanleg te Brugge - Għajnuna mill-Istat - Kunċett - Interpretazzjoni tal-Artikoli 87(1) KE u 88(3) KE - Bejgħ ta’ art minn kumpannija interkomunali lil impriża attiva fil-Benelux taħt kundizzjonijiet preferenzjali, wara li saret esproprjazzjoni - Obbligu ta’ notifikazzjoni jew le.
Dispożittiv
Ma hemmx lok li tingħata risposta għat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa fil-Kawża C-129/08.
Full & Egal Universal Law Academy