Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Jannar 2009 – Dorel Juvenile Group vs UASI
(Kawża C‑131/08 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 7(1)(b) – Applikazzjoni għat-trade mark verbali SAFETY 1ST – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Rifjut ta’ reġistrazzjoni”
Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti sottomessi quddiem il-Qorti tal‑Prim’Istanza - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225(1); Statut tal‑Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 36)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tal-24 ta’ Jannar 2008, Dorel Juvenile Group vs UASI (T-88/06), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni R 616/2004-2 tat-Tieni Bord tal‑Appell tal‑Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-11 ta’ Jannar 2006, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r‑reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “SAFETY 1st” għal prodotti fil-klassijiet 12, 20, 21 u 28 – Karattru distintiv ta’ trade mark – Artikolu 7(1)(b) tar‑Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it‑trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146).
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Dorel Juvenile Group Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy