Digriet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (Is‑Seba’ Awla) tat‑30 ta’ April 2009 – Japan Tobacco vs UASI
(Kawża C‑136/08 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(5) – Ħsara lill‑karattru distintiv tat‑trade mark preċedenti – Profitt indebitu min‑natura distintiva jew mir‑reputazzjoni tat‑trade mark preċedenti – Riskju – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tas‑sinjal figurattiv ‘CAMELO’ – Oppożizzjoni tal‑proprjetarju tat‑trade marks nazzjonali verbali u figurattivi CAMEL”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat‑trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill‑proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni (Regolament tal‑Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5)) (ara l‑punti 28, 39, 43, 44)
Suġġett
Appell mis‑sentenza tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza (Il‑Ħames Awla) tat‑30 ta’ Jannar 2008, Japan Tobacco vs UASI u Torrefacção Camelo (T‑128/06) li biha l‑Qorti tal‑Prim’Istanza ċaħdet ir‑rikors tal‑appellanti, intiż għall‑annullament tad‑deċiżjoni tat‑Tieni Bord tal‑Appell tal‑UASI, tat‑22 ta’ Frar 2006, dwar il‑proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Japan Tobacco u Torrefacção Camelo – Ksur tal‑Artikolu 8(5) tar‑Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 40/94, tal‑20 ta’ Diċembru 1993, dwar it‑trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil‑Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p.146) – Raġunijiet relattivi għal rifjut ta’ reġistrazzjoni ta’ trade mark – Profitt indebitu bbażat fuq il‑karattru distintiv tat‑trade mark jew il‑ħsara magħmula lil din tal‑aħħar
Dispożittiv
1)
L‑appell huwa miċħud.
2)
Japan Tobacco Inc. hija kkundannata għall‑ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy