Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Marzu 2009 – Efkon vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill
(Kawża C‑146/08 P)
“Appell – Direttiva 2004/52/KE – Interoperabbiltà ta’ sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità – Appell manifestament inammissibbli jew manifestament infondat”
Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Direttiva dwar l-interoperabbiltà ta’ sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità - Rikors ta’ fornitur tal-imsemmija sistemi (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Direttiva 2004/52 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) (ara l-punti 36-42)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tat-22 ta’ Jannar 2008, Efkon vs Il-Parlament u Il-Kunsill (T‑298/04), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors għall-annullament tad-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar l-interoperabilità ta’ sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol 34, p. 856) - Rekwiżit ta’ interess individwali fl-att ikkontestat - Dritt għal smigħ - Tul tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Efkon AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy