Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Marzu 2009 – Mariano vs Istituto nazionale per l’assicurazione contro gli infortuni sul lavoro
(Kawża C‑217/08)
“Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Trattament ugwali fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Artikoli 12 KE u 13 KE – Għoti ta’ benefiċċju tas-superstiti – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi trattament differenti bejn il-konjuġi superstiti u l-konkubin superstiti”
1. Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea - Dispożizzjonijiet tat-Trattat - Trattament ugwali - Diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza - Projbizzjoni - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Esklużjoni ta’ sitwazzjonijiet purament interni (Artikoli 12 KE u 17 KE) (ara l-punti 17-22)
2. Dritt Komunitarju - Prinċipji - Trattament ugwali - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Projbizzjoni - Kamp ta’ applikazzjoni - Trattament diskriminatorju li ma għandu ebda rabta mad-dritt Komunitarju - Esklużjoni (Artikolu 13 KE; Direttiva tal-Kunsill 2000/78) (ara l-punti 24-27)
3. Dritt Komunitarju - Prinċipji - Trattament ugwali - Kamp ta’ applikazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi trattament differenti bejn il-konjuġi superstiti u s-sieħeb superstiti fir-rigward tal-għoti ta’ benefiċċju tas-superstiti - Trattament diskriminatorju li ma għandu ebda rabta mad-dritt Komunitarju - Esklużjoni (Artikoli 12 KE u 13 KE; Direttiva tal-Kunsill 2000/78) (ara l-punti 30, 31)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunale ordinario di Milano - Interpretazzjoni tal-Artikoli 12 u 13 KE - Trattament ugwali fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Għoti ta’ benefiċċju tas-superstiti - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi trattament differenti bejn il-konjuġi superstiti u s-sieħeb superstiti li kien stabbilixxa sħubija għall-ħajja.
Dispożittiv
Fid-dritt Komunitarju ma hemmx projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni li l-qrati tal-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-applikazzjoni tagħha meta l-aġir eventwalment diskriminatorju ma jkollu ebda rabta mad-dritt Komunitarju. F’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, din ir-rabta mhijiex maħluqa mill-Artikoli 12 KE u 13 KE waħedhom.
Dawn l-artikoli ma jipprekludux, fiċ-ċirkustanzi msemmija, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fil-każ ta’ mewt ta’ persuna wara inċident, pensjoni li tammonta għal 50 % tar-remunerazzjoni li din il-persuna kienet tirċievi qabel il-mewt tagħha titħallas biss lill-konjuġi superstiti tagħha u li l-iben minuri tal-mejjet jirċievi biss pensjoni ta’ 20 % tal-imsemmija remunerazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy