Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ Ġunju 2009 – Nuova Agricast vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑225/08 P)
“Appell – Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet – Dokumenti li ġejjin minn Stat Membru – Oppożizzjoni tal-Istat Membru għall-iżvelar tad-dokumenti – Rifjut ta’ aċċess – Talba ġdida – Att konfermattiv”
1. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti – Ammissibbiltà (Artikolu 225 KE) (ara l-punti 36, 37)
2. Komunitajiet Ewropej – Istituzzjonijiet – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Kundizzjonijiet – Obbligu tal-istituzzjoni li tagħmel eżami konkret u individwali tad-dokumenti (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(7)) (ara l-punti 56-60)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tat-12 ta’ Marzu 2008, Nuova Agricast vs Il-Kummissjoni (T-443/07) li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-5 ta’ Ottubru 2007, li tiċħad talba tal-appellanti, għal eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni preċedenti ta’ din l-istituzzjoni li tirrifjutalha l-aċċess għal ċerti dokumenti.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Nuova Agricast Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy