DIGRIET TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla)
3 ta’ Frar 2009
Kawża C-231/08 P
Massimo Giannini
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Appell – Servizz pubbliku Komunitarju – Dritt għal smigħ xieraq – Ksur tal-Artikoli 4, 27 u 29 tar-Regolamenti tal-Persunal – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Interess tas-servizz u dmir ta’ premura – Żnaturament tal-provi u regoli dwar il-produzzjoni tal-provi – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”
Suġġett: Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (It-Tielet Awla), tat-12 ta’ Marzu 2008, Giannini vs Il-Kummissjoni (T-100/04), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrent għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni COM/A/9/01, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fl-oqsma tal-ekonomija u tal-istatistika, li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva għal din il-kompetizzjoni u għad-danni. Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq, relatat mad-dewmien eċċessiv tal-proċedura. Ksur tal-Artikoli 4, 27 u 29 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll tal-kunċett ta’ interess tas-servizz u ta’ obbligu ta’ premura. Ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u tar-regoli tal-produzzjoni tal-provi.
Deċiżjoni L-appell huwa miċħud. M. Giannini huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-appell.
Sommarju
1. Proċedura – Tul tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza – Terminu raġonevoli – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Konsegwenzi
2. Appell – Aggravji – Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza – Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat – Inammissibbiltà
(Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1))
3. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament
(Artikolu225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58)
Full & Egal Universal Law Academy