Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Marzu 2009 – Ayyanarsamy vs Il‑Kummissjoni u Il‑Ġermanja
(Kawża C‑251/08 P)
“Appell manifestament inammissibbli u infondat – Allegat ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent mill-awtoritajiet nazzjonali – Rikors għal annullament kontra l-ittra tal-Kummissjoni li tiddikjara li mhijiex kompetenti li tintervjeni quddiem il-qrati nazzjonali – Kunċett ta’ ‘att li jista’ jiġi kkontestat’ skont l-Artikolu 230 KE”
1. Appell - Aggravji - Aggravju li mhuwiex preċiż - Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)) (ara l-punti 10-12)
2. Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 14-19)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il‑Ħames Awla) tal-1 ta’ April 2008, Ayyanarsamy vs Il‑Kummissjoni u Il‑Ġermanja (T‑412/07), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet, parzjalment bħala manifestament inammissibbli, u parzjalment minħabba nuqqas ta’ kompetenza manifesta, ir-rikors li għandu bħala suġġett, minn naħa, l-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tat-18 ta’ Settembru 2007, li biha informat lir-rikorrent li hija ma tistax tintervjeni favurih quddiem il-qrati Ġermaniżi, u min-naħa l-oħra, talba għad-danni intiża għal kumpens għal dannu allegatament subit mir-rikorrent minħabba l-aġir tal-awtoritajiet Ġermaniżi - Ksur tad-drittijiet tal-individwi li jirriżultaw mill-Artikoli 230 u 232 KE - Kunċett ta’ att li jista’ jiġi kkontestat skont l-Artikolu 230 KE.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u bħala parzjalment manifestament infondat.
2)
A. Ayyanarsamy għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy