Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Marzu 2009 – Ayyanarsamy vs Il‑Kummissjoni u Il‑Ġermanja
(Kawża C‑251/08 P-R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Inammissibbiltà tar-rikors prinċipali”
Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rikors prinċipali miċħud bħala inammissibbli (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 83(1)) (ara l-punti 3, 4)
Suġġett
Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għal miżuri provviżorji intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-ittra tal-Kummissjoni, tat-18 ta’ Settembru 2007, li biha informat lir-rikorrent li hija ma tistax tintervjeni favurih quddiem il-qrati Ġermaniżi, u min-naħa l-oħra, għall-ħlas ta’ kumpens provviżorju.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok għal deċiżjoni dwar it-talba għal miżuri provviżorji.
2)
A. Ayyanarsamy għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy