Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Novembru 2009 – Landtag Schleswig-Holstein vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-281/08 P)
“Appell – Rikors għal annullament – Aċċess għal dokumenti – Locus standi in judicio ta’ parlament reġjonali”
1. Appell - Aggravji - Ksur tal-prinċipju tal-kontradittorju - Digriet li jiddeċiedi dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mingħajr diskussjoni - Konvenut li ppreżenta osservazzjonijiet fuq l-imsemmija eċċezzjoni - Aggravju manifestament infondat (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 114(1)) (ara l-punti 15-19)
2. Appell - Aggravji - Żball ta’ liġi - Digriet li jiddeċiedi fuq il-locus standi in judicio tar-rikorrent fid-dawl tad-dritt nazzjonali tiegħu - Verifika neċessarja fil-każ ta’ rikors ta’ entitajiet territorjali infrastatali - Aggravju manifestament infondat (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 22-26)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (it-Tieni Awla), tat-3 ta’ April 2008, Landtag Schleswig-Holstein vs Il‑Kummissjoni (T‑236/06), li permezz tiegħu l‑Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors li kellu bħala suġġett talba għall‑annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tal-10 ta’ Marzu u tat‑23 ta’ Ġunju 2006, li jirrifjutaw lill-appellanti l-aċċess għad-dokument SEC (2005) 420, tat‑22 ta’ Marzu 2005, li jinkludi evalwazzjoni ġuridika tal‑abbozz ta’ Deċiżjoni Qafas, diskuss fil-Kunsill, dwar iż-żamma tad-data pproċessata u maħżuna fir-rigward tal‑provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi aċċessibbli għall-pubbliku jew data trażmessa permezz ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi, għall‑finijiet tal‑prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tas-sejbien, tal-prosekuzzjoni ta’ delitti u ta’ ksur kriminali, inkluż it-terroriżmu - Locus standi in judicio ta’ parlament reġjonali - Dritt għal smigħ quddiem qorti - Kunċett ta’ “persuna legali”, skont ir‑raba’ paragrafu tal‑Artikolu 230 KE
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Il-Landtag Schleswig-Holstein huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy