Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2008 – Savia et vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca et
(Kawża C‑287/08)
“Talba għal deċiżjoni preliminari – Nuqqas ta’ rabta mad-dritt Komunitarju – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”
Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti (Artikolu 234 KE) (ara l-punti 7-10)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunale ordinario di Milano - Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(2) UE u tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem - Dritt għal smigħ xieraq - Leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha effett retroattiv u li timmodifika l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ xogħol dwar is-salarju.
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej manifestament m’għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mit-Tribunale ordinario di Milano permezz ta’ deċiżjoni tas-16 ta’ Ġunju 2008.
Full & Egal Universal Law Academy