Digriet tal-Qorti tal-Gustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Frar 2009 – Correia de Matos vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑290/08 P)
“Appell – Talba intiża għas-sostituzzjoni tal-kelma ‛prejudicial’ bil-kelma ‛pré‑judicial’ fil-verżjoni bil-lingwa Portugiża tad-dispożizzjonijiet Komunitarji – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tilqax it-talba – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”
1. Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Ittra tal-Kummissjoni li tiċħad talba għar-rettifika ta’ terminoloġija tal-Artikolu 234 KE fil-verżjoni tiegħu bil-lingwa Portugiża – Nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni sabiex temenda d-dispożizzjonijiet tat-Trattat – Rikors manifestament infondat (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 14, 15)
2. Appell – Aggravji – Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat – Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 21 u 56; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 18-22)
Suġġett
Appell ippreżentat mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tad-9 ta’ April 2008, Correia de Matos vs Il-Kummissjoni (T-38/08), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Ottubru 2007, mibgħuta lill-appellant bħala tweġiba għat-talba tiegħu li tiġi ssostitwita l-kelma “prejudicial”, li tinsab fl-Artikolu 234 KE fil-verżjoni bil-lingwa Portugiża, bil-kelma “pré-judicial”.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
C. Correia de Matos għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy