Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 – Leche Celta vs UASI
(Kawża C‑300/08 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b) – Trade mark imħallta, verbali u figurattiva, Celia – Raġunijiet relattivi għal rifjut ta’ reġistrazzjoni – Xebh tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni ma’ trade mark preċedenti – Trade mark li tkopri prodotti identiċi – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Appell manifestament inammissibbli”
Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225(1) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 35)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla), tat-23 ta’ April 2008, Leche Celta vs UASI (T-35/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti ppreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Diċembru 2006, dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Leche Celta SL u Celia SA – Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 10) – Raġunijiet relattivi għal rifjut ta’ reġistrazzjoni ta’ trade mark – Probabbiltà ta’ konfużjoni marbuta ma’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark simili għal trade mark preċedenti għal prodotti identiċi – Paragun tas-sinjali fuq il-livell viżiv, fonetiku u kunċettwali.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Leche Celta SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy