Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2009 – Kronberger vs Il-Parlament
(Kawża C‑349/08 P)
“Appell – Parlament Ewropew – Elezzjonijiet – Kontestazzjoni – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”
Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 83(1)) (ara l-punti 3, 4)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Mejju 2008, Kronberger vs Il-Parlament (T-18/07), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors li għandu bħala suġġett talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tat-28 ta’ April 2005, li tiċħad bħala infondata l-kontestazzjoni tar-rikorrent dwar l-elezzjoni ta’ Andreas Mölzer bħala Membru tal-Parlament Ewropew, ippreżentata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Assemblea b’vot universali dirett.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
H. Kronberger għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy