Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Mejju 2009 – Kronberger vs Il-Parlament
(Kawża C-349/08 P-R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Inammissibbiltà tal-appell prinċipali”
1. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti sottomessi quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 34-36)
2. Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza - Inammissibbiltà (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ) (ara l-punti 37-41)
Suġġett
Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għal miżuri provviżorji intiża sabiex jiġi annullat l-għoti lil Andreas Mölzer ta’ mandat leġiżlattiv fil-Parlament Ewropew u sabiex dan il-mandat jingħata lill-appellant.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal miżuri provviżorji.
2)
H. Kronberger għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy