Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Mejju 2009 – WWF‑UK vs Il-Kunsill
(Kawża C‑355/08 P)
“Appell – Regolament (KE) Nru 2371/2002 – Konsultazzjoni tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali fir-rigward ta’ miżuri li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-isfruttar sostenibbli ta’ attvitajiet tas-sajd – Regolament (KE) Nru 41/2007 – Iffissar tal-qabdiet totali permissibbli għall-2007 għas-sajd tal-marlozz – Membri ta’ Kunsill Konsultattiv Reġjonali li taw opinjoni diverġenti minoritarja fir-rapport tal-imsemmi Kunsill dwar dawn il-qabdiet totali ammissibbli – Rikors għal annullament kontra r-Regolament Nru 41/2007 ppreżentat minn dan il-membru – Inammissibbiltà – Appell manifestament infondat”
1. Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Regolament li jistabbilixxi għall-2007 l-qabdiet totali ammissibbli għas-sajd tal-marlozz fl-ilmijiet koperti mir-Regolament li jistabbilixxi miżuri għall-irkuprar tal-istokkijiet (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 423/2004 u Nru 41/2007) (ara l-punti 41-45, 48)
2. Proċedura – Intervent – Dritt tal-partijiet li jirrispondu għall-argumenti tal-intervenjent – Dritt li jirriżulta mis-setgħa diskrezzjonali tal-president (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 116(5)) (ara l-punt 55)
Suġġett
Appell ippreżentat mid-Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla), tat-2 ta’ Ġunju 2008, WWF-UK vs Il-Kunsill (T-91/07), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ddikkjarat inammissibbli talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007, tal-21 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi, għall-2007, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (ĠU L 15, p. 1), sa fejn jiffissa l-“qabdiet totali permissibbli” (TAC), għas-sena 2007, għas-sajd tal-marlozz fl-ilmijiet koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2004 (ĠU L 70, p. 8) – Rekwiżit li persuna tkun individwalment ikkonċernata mill-att ikkontestat.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
WWF-UK hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy