Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Mejju 2009 – Atlantic Dawn et vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑372/08 P)
“Appell – Regolament (KE) Nru 147/2007 – Tnaqqis tal-kwoti ta’ kavall allokati lill-Irlanda għas-snin 2007 sa 2012 – Rikors għall-annullament tar-Regolament Nru 147/2007 ippreżentat minn grupp ta’ sajjieda Irlandiżi magħmul minn 20 mit-23 detenturi ta’ liċenzja tal-flotta pelaġika b’faċilità li tkessaħ l-ilma tal-baħar – Inammissibbiltà – Appell manifestament infondat”
Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 2371/2002, Artikolu 20(3); Regolament tal-Kummissjoni Nru 147/2007) (ara l-punti 34, 36, 38-41)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla), tat-2 ta’ Ġunju 2008, Atlantic Dawn et vs Il-Kummissjoni (T-172/07), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ddikjarat bħala inammissibbli talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 147/2007, tal-15 ta’ Frar 2007, li jadatta ċerti kwoti tas-sajd mill-2007 sal-2012 skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] - Rekwiżit li persuna tkun direttament ikkonċernata mill-att ikkontestat.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Atlantic Dawn Ltd, Antarctic Fishing Co. Ltd, Atlantean Ltd, Killybegs Fishing Enterprises Ltd, Doyle Fishing Co. Ltd, Western Seaboard Fishing Co. Ltd, O’Shea Fishing Co. Ltd, Aine Fishing Co. Ltd, Brendelen Ltd, Cavankee Fishing Co. Ltd, Ocean Trawlers Ltd, Eileen Oglesby, Noel McGing, Mullglen Ltd, Bradan Fishing Co. Ltd, Larry Murphy, Pauric Conneely u Thomas Flaherty, Carmarose Trawling Co. Ltd kif ukoll Colmcille Fishing Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
Full & Egal Universal Law Academy