Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ April 2009 – VDH Projektentwicklung u Edeka Rhein-Ruhr vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑387/08 P)
“Appell – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Direttiva 89/665/KEE – Nuqqas ta’ implementazzjoni mill-Kummissjoni tal-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni previst fl-Artikolu 3(2) – Persuni fiżiċi u ġuridiċi – Interess dirett – Inammissibbiltà”
Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Direttiva 89/665 (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 232 KE; Direttiva tal-Kunsilll 89/665, Artikolu 3) (ara l-punti 20-27)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla), tal-25 ta’ Ġunju 2008, VDH Projektentwicklung u Edeka Rhein-Ruhr vs Il‑Kummissjoni (T‑185/08), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala manifestament inammissibbli r-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni intiż sabiex jiġi kkonstatat in-nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, minħabba li din tal-aħħar baqgħet lura, fir-rigward tal-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ xogħlijiet pubbliċi kif ukoll fir-rigward tal-għoti ta’ kuntratt ġenerali ta’ turnkey, milli timplementa bla dewmien il-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni previst fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/665/KEE u milli tibgħat lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja notifika skont l-Artikolu 3(2) tal-imsemmija direttiva - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni minn persuni fiżiċi u ġuridiċi - Rekwiżit li r-rikorrent ikun direttament ikkonċernat mill-att li fir-rigward tiegħu jkun qed jiġi allegat in-nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni fil-konfront tal-istituzzjoni inkwistjoni.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
VDH Projektentwicklung GmbH u Edeka Handelsgesellschaft Rhein-Ruhr mbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
Full & Egal Universal Law Academy