Digriet tal‑President tal‑Qorti tal‑Ġustizzja tal‑15 ta’ Diċembru 2009 – Dow AgroSciences et vs Il‑Kummissjoni
(Kawża C‑391/08 P(R))
“Appell – Proċeduri għal miżuri provviżorji – Irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom it-trifluralin – Ammissibbiltà – Urġenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova (Artikoli 242 KE u 243 KE) (ara l-punti 40-46)
2. Appell - Aggravji (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58) (ara l-punti 48, 77, 81)
3. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Ammissibbiltà prima facie tar-rikors prinċipali - Eżami sommarju tar-rikors prinċipali mill-Imħallef għal miżuri provviżorji - Rikors għal annullament tad-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 (Artikoli 230 KE, 242 KE u 243 KE; Direttiva tal-Kunsill 91/414; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/629) (ara l-punti 54-62)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L‑Ewwel Awla) [li saret il-Qorti Ġenerali] tat-18 ta’ Ġunju 2008, Dow AgroSciences et vs Il‑Kummissjoni Ewropea (T‑475/07 R) li jiċħad talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad‑Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/629/KE, tal-20 ta’ Settembru 2007, dwar in-noninklużjoni tat-trifluralin fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l‑irtirar tal-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom din is-sustanza (ĠU L 255, p. 42) - Ammissibbiltà - Ħtieġa li jiġu pprovati ċirkustanzi li jistabbilixxu l-urġenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Dow AgroSciences Ltd, Dow AgroSciences LLC, Dow AgroSciences SAS, Dow AgroSciences Export SAS, Dow AgroSciences BV, Dow AgroSciences Hungary kft, Dow AgroSciences Italia Srl, Dow AgroSciences Polska sp. zoo, Dow AgroSciences Iberica SA, Dow AgroSciencess.r.o., Dow AgroSciences Danmark A/S, Dow AgroSciences GmbH, Dintec Agroquímica – Produtos Químicos Lda u Finchimica SpA huma kkundannati għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy