Digriet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (Il‑Ħames Awla) tas‑17 ta’ Settembru 2009 – Investitionsbank Sachsen‑Anhalt vs Bezirksrevisorin beim Landgericht Magdeburg für die Landeskasse des Landes Sachsen-Anhalt
(Kawżi magħquda C‑404/08 u C‑409/08)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Inammissibbiltà manifesta”
Domandi preliminari - Ammissibbiltà - Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti fuq il-kuntest fattwali u leġiżlattiv – Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 234 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal‑Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 92(1) u 103) (ara l-punti 25-40)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Oberlandesgericht Naumburg - Interpretazzjoni tal-Artikolu 86 KE, flimkien mal-Artikolu 81(1)(a) u (d), u (2) KE -Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-eżenzjoni mill-ispejjeż legali favur bank ta’ investiment stabbilit mill-Istat.
Dispożittiv
It-talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Naumburg, permezz tad-deċiżjonijiet tal-1 u tat-2 ta’ Settembru 2008, huma manifestament inammissibbli.
Full & Egal Universal Law Academy