Digriet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (Is‑Sitt Awla) tat‑23 ta’ Settembru 2009 – Complejo Agricola vs Il‑Kummissjoni
(Kawża C‑415/08 P)
“Appell – Protezzjoni tal-habitat naturali – Lista ta’ siti ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bioġeografiku Mediterranju – Deċiżjoni tal-Kummissjoni – Rikors għal annullament ippreżentat minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Ammissibbiltà – Appell manifestament infondat”
1. Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Inammissibbiltà tar-rikors għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punt 21)
2. Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (ir-raba’ paragrafu tal‑Artikolu 230 KE) (ara l-punti 26, 28‑30)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla), tal‑14 ta’ Lulju 2008, Complejo Agrícola, SA vs Il‑Kummissjoni (T‑345/06) li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall‑annullament parzjali tal-Artikolu 1 u tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal‑Kummissjoni 2006/613/KE, tad-19 ta’ Lulju 2006, li tistabbilixxi, skont id‑Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, il-lista ta’ siti ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bioġeografiku Mediterranju (ĠU L 142M, p. 64) sa fejn dawn jistabbilixxu s-sit imsejjaħ “Acebuchales de la Campiña Sur de Cádiz” li fih tinsab attività agrikola li r-rikorrent huwa l-propretarju tagħha, bħala sit ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bioġeografiku Mediterranju.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Complejo Agrícola SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy