Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Lulju 2009 – Apple Computer vs TKS-Teknosoft
(Kawża C‑416/08 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b) – Trade mark verbali QUARTZ – Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark figurattiva Komunitarja QUARTZ – Rifjut ta’ reġistrazzjoni – Xebh tal-prodotti – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Appell manifestament inammissibbli”
Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi - Inammissibbiltà -Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225(1) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 22)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla), tal-1 ta’ Lulju 2008, Apple Computer vs UASI (T-328/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors ippreżentat mill-applikant tat-trade mark figurattiva “QUARTZ”, għal prodotti fil-klassi 9, intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni R 416/2004-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-27 ta’ April 2005, li tiċħad l-appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta parzjalment ir-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade mark figurattiva Komunitarja “QUARTZ” għal servizzi fil-klassijiet 9 u 42.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Apple Computer Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy