Digriet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat‑23 ta’ Settembru 2009 – Calebus vs Il‑Kummissjoni
(Kawża C‑421/08 P)
‘‘Appell – Protezzjoni tal-habitat naturali – Lista ta’ siti ta’ importanza għall‑Komunità għar-reġjun bioġeografiku Mediterranju – Deċiżjoni tal‑Kummissjoni – Rikors għal annullament ippreżentat minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Ammissibbiltà – Appell manifestament infondat’’
1. Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Inammissibbiltà tar-rikors għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punt 21)
2. Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (ir-raba’ paragrafu tal‑Artikolu 230 KE) (ara l-punti 26, 28‑30)
3. Komunitajiet Ewropej - Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal‑istituzzjonijiet - Neċessità għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirrikorru għar-rinviju preliminari għall-evalwazzjoni tal-validità (Artikolu 10 KE, ir‑raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE u Artikolu 234 KE) (ara l-punt 38)
Suġġett
Appell mid-Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla), tal‑14 ta’ Lulju 2008, Calebus vs Il‑Kummissjoni (T‑366/06), li permezz tiegħu l-Qorti tal‑Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament parzjali tad‑Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE, tad‑19 ta’ Lulju 2006, li tistabbilixxi, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, il-lista ta’ siti ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju (ĠU L 142M, p. 64), sa fejn hija tinnomina s-sit imsejjaħ “Ramblas de Gergal, Tabernas y Sur de Sierra Alhamilla” li fuqu tinsab art tal-appellanti, bħala sit ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Calebus SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy