Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Novembru 2009 – Região autónoma dos Açores vs Il-Kunsill
(Kawża C-444/08 P)
“Appell – Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura – Regolament (KE) Nru 1954/2003 – Rikors għal annullament – Inammissibbiltà – Entità reġjonali jew lokali – Atti li jikkonċernaw direttament u individwalment din l-entità – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u manifestament infondat”
1. Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Rikors intiż għall-annullament parzjali ta’ regolament dwar l-immaniġġjar tal-isforz għas-sajd li jirrigwarda ċerti żoni u riżorsi tas-sajd tal-Komunità - Rikors ippreżentat minn awtorità reġjonali - Rikors li ma jistax jiġi assimilat mar-rikors ta’ Stat Membru - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà (it-tieni u r-raba’ paragrafi tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 31-33, 36-41, 44, 63, 75)
2. Appell - Aggravji - Aggravju mressaq kontra kunsiderazzjoni tas-sentenza li ma hijiex neċessarja sabiex ikun iġġustifikat id-dispożittiv ta’ sentenza - Aggravju ineffettiv (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 46, 54)
3. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225(1) KE, Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 52, 53)
4. Dritt Komunitarju - Prinċipji - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva (Artikolu 225(1) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 70-72)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Lulju 2008, Região autónoma dos Açores vs Il-Kunsill (T‑37/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli rikors għal annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003, tal-4 ta’ Novembru 2003, dwar l-immaniġġjar tal-isforz għas-sajd li jirrigwarda ċerti żoni u riżorsi tas-sajd tal-Komunità u li jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 685/95 u (KE) Nru 2027/95 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 4, Vol. 6, p. 44) - Rekwiżit li tkun individwalment ikkonċernat mill-att ikkontestat.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Ir-Região autónoma dos Açores huwa kkundannat għall-ispejjeż.
3)
Ir-Renju ta’ Spanja u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
Full & Egal Universal Law Academy