Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Mejju 2009 – Seaport Investment vs Department of the Environment for Northern Ireland
(Kawża C‑454/08)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Inammissibbiltà”
Domandi preliminari - Ammissibbiltà - Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti fuq il-kuntest fattwali u leġiżlattiv - Domandi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli - Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 234 KE) (ara l-punti 8-10)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Court of Appeal in Northern Ireland - Interpretazzjoni tal-Artikoli 6(2), 6(3) u 6(4) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p 157) - Nominazzjoni, għal skopijiet ta’ konsulatazzjoni, ta’ awtorità li tista’ tkun ikkonċernata mill-effetti fuq l-ambjent tat-twettiq ta’ pjanijiet u programmi - Proċeduri relatati mal-informazzjoni u l-konsulatazzjoni tal-awtoritajiet u tal-pubbliku.
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal in Northern Ireland, permezz ta’ deċiżjoni tat-8 ta’ Settembru 2008, hija manifestament inammissibbli.
Full & Egal Universal Law Academy