Digriet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (It‑Tmien Awla) tal‑24 ta’ Settembru 2009 – Alcon vs UASI
(Kawża C‑481/08 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Trade mark verbali BioVisc – Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks verbali Komunitarji u Internazzjonali PROVISC u DUOVISC – Oppożizzjoni miċħuda mill-Bord tal-Appell tal-UASI”
Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225(1) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l‑ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 18, 19)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla), tal‑10 ta’ Settembru 2008, Alcon vs UASI u *Acri.Tec (T‑106/07) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat‑trade marks verbali Komunitarji u Internazzjonali “PROVISC” u “DUOVISC” għal prodotti fil-klassi 5 kontra d-Deċiżjoni R 660/2006‑2 tat-Tieni Bord tal‑Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-8 ta’ Frar 2005, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tirrifjuta r‑reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “BioVisc” għal prodotti fil-klassi 5 fil‑kuntest tal-oppożizzjoni mressqa mill-appellanti.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Alcon Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy