Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2009 –
Rath vs UASI
(Kawżi magħquda C‑488/08 P u C‑489/08 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b) – Trade marks verbali Epican u Epican Forte – Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja EPIGRAN – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni – Appelli manifestament inammissibbli”
1. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225(1) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l‑punti 37, 38)
2. Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali - Inammissibbiltà - Rifjut (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal‑Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punt 44)
Suġġett
Appelli mid-digrieti tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) [li saret il-Qorti Ġenerali], tat-8 ta’ Settembru 2008, Rath vs UASI u Grandel (T‑373/06) u Rath vs UASI u Grandel (T‑374/06), li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala manifestament infondati fil-liġi r-rikorsi għall-annullament tad‑deċiżjonijiet tal‑Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Ottubru 2006, li jiċħdu parzjalment ir-rikorsi kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li, billi laqgħet l‑oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja preċedenti “EPIGRAN”, irrifjutat ir-reġistrazzjoni tat-trade marks verbali “EPICAN” u “EPICAN FORTE” għal prodotti u servizzi fil-klassi 5 - Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn żewġ trade marks.
Dispożittiv
1)
L-appelli huma miċħuda.
2)
Rath huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy