Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 – Fornaci Laterizi Danesi vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑498/08 P)
“Appell – Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ appell – Bidu tad-dekorrenza – Inammissibbiltà minħabba dewmien – Appell manifestament infondat”
Rikors għal annullament - Termini - Bidu tad-dekorrenza - Data li fiha l-att sar magħruf - Natura sussidjarja (il-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 21, 22, 27)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla), tad-9 ta’ Settembru 2008, Fornaci Laterizi Danesi vs Il-Kummissjoni (T-224/08) - li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/25/KE, tat-13 ta’ Novembru 2007, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-ewwel elenku aġġornat ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Kontinentali (ĠU L 12, p. 383) sa fejn hija inkluża fl-imsemmi elenku, taħt ir-referenza IT20A0018, art li hija proprjetà tar-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Fornaci Laterizi Danesi SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy