DIGRIET TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is‑Seba’ Awla)
9 ta’ Diċembru 2009
Kawża C‑513/08 P
Luigi Marcuccio
vs
Il‑Kummissjoni Ewropea
“Appell – Uffiċjali – Sigurtà soċjali – Ċaħda espliċita tat-talba li ċerti spejjeż mediċi sostnuti mill-uffiċjal jiġu rrimborsati 100 % – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”
Suġġett: Appell mid-Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir‑Raba’ Awla) [li saret il-Qorti Ġenerali], tad‑9 ta’ Settembru 2008, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni (T‑143/08), li permezz tiegħu il-Qorti Ġenerali tal-ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal‑uffiċċju ta’ ħlasijiet tal-iskema komuni tal-Komunitajiet ta’ assigurazzjoni għall‑mard Ewropej li jirrifjuta, minn naħa, li jkopri 100 % ċerti spejjeż mediċi sostnuti mill-appellant, u min‑naħa l-oħra, li jirrimborsa l-ispejjeż ta’ eżami mediku skont ir‑regoli applikabbli fir-rigward ta’ konsultazzjonijiet ma’ tobba speċjalisti, kif ukoll talba sabiex tinkiseb il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas ta’ ċerti ammonti tal-ispejjeż mediċi.
Dispożittiv L-appell huwa miċħud. L. Marcuccio huwa kkundannat għall‑ispejjeż tal-appell.
Sommarju
1. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill‑Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti sottomessi lill-Qorti Ġenerali – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament
(Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58)
2. Appell – Aggravji – Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali – Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat – Inammissibbiltà
(Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal‑Qorti Ġenerali, Artikolu 112(1)(ċ))
Full & Egal Universal Law Academy