Digriet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (Il‑Ħames Awla) tal‑24 ta’ Settembru 2009 – HUP Uslugi Polska vs UASI
(Kawża C‑520/08 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 7(1)(b) sa (d) u (g) ‑ Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali Komunitarja I.T.@MANPOWER”
Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l‑ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 35)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal‑24 ta’ Settembru 2008, HUP Uslugi Polska vs UASI – Manpower (I.T.@MANPOWER) (T‑248/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat kontra d-Deċiżjoni R 124/2004‑4 tar-Raba’ Bord tal‑Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-5 ta’ April 2005, li ċaħdet l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li ċaħdet it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark verbali Komunitarja “I.T.@MANPOWER” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 41 u 42 – Trade mark li mhijiex ta’ natura deskrittiva.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
HUP Uslugi Polska sp. zoo hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy