Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Marzu 2009 – Pignataro vs Ufficio centrale circoscrizionale presso il Tribunale di Catania et
(Kawża C‑535/08)
“Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-elezzjonijiet reġjonali – Rekwiżit ta’ residenza fir-reġjun ikkonċernat – Artikoli 17 KE u 18 KE – Drittijiet fundamentali – Nuqqas ta’ rabta mad-dritt Komunitarju – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”
1. Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea - Dispożizzjonijiet tat-Trattat - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Esklużjoni tas-sitwazzjonijiet purament interni (Artikoli 17 KE u 18 KE) (ara l-punti 14-18, u d-dispożittiv 1)
2. Domandi preliminari - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Limiti -Domanda magħmula fil-kuntest ta’ kawża dwar l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt Komunitarju - Esklużjoni (Artikolu 234 KE) (ara l-punti 22-24, u d-dispożittiv 2)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia - Interpretazzjoni tal-Artikolu 6 UE, tal-Artikolu 3 tal-Ewwel Protokoll addizzjonali, tal-Artikolu 2 tar-Raba’ Protokoll addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Artikolu 25 tal-Ftehim Internazzjonali tad-Drittijiet Ċivili u Politiċi - Interpretazzjoni tal-Artikoli 17 u 18 KE - Kompatibbiltà ta’ leġiżlazzjoni reġjonali li tillimita d-dritt għall-elettorat passiv ta’ ċittadin Taljan abbażi ta’ rekwiżit ta’ residenza fir-reġjun.
Dispożittiv
1)
L-Artikoli 17 KE u 18 KE ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fost il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għal assemblea reġjonali, l-obbligu li persuna tirrisjedi fir-reġjun ikkonċernat fil-mument meta hija tippreżenta l-kandidatura tagħha.
2)
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej manifestament m’għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għall-ewwel domanda magħmula mit-Tribunale amministrativo regionale per la Sicilia.
Full & Egal Universal Law Academy