DIGRIET TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)
23 ta’ Ottubru 2009
Kawżi magħquda C‑561/08 P u C‑4/09 P
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
vs
Gerasimos Potamianos
u
Gerasimos Potamianos
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Appell – Servizz pubbliku – Membru tal-persunal temporanju – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal perijodu determinat – Att li jikkawża preġudizzju”
Suġġett: Appell ippreżentat mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, tal-15 ta’ Ottubru 2008, Potamianos vs Il-Kummissjoni (T‑160/04, Ġabra p. II‑0000), li permezz tagħha l‑Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni u bbażata fuq in-natura tardiva tar-rikors ippreżentat minn G. Potamianos. Appell ippreżentat minn G. Potamianos mis-sentenza ċċitata iktar ’il fuq li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tiegħu intiż għall‑annullament tad-deċiżjoni tal-awtorità awtorizzata tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ li ma ġġeddidx il-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju.
Deċiżjoni L-appelli huma miċħuda. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Sommarju
1. Uffiċjali – Rikors – Att li jikkawża preġudizzju – Avviż lil membru tal-persunal temporanju dwar in-nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt tiegħu – Deċiżjoni distinta mill‑kuntratt – Inklużjoni
(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90(1))
2. Appell – Aggravji – Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza – Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat – Inammissibbiltà
(Artikolu 225(1) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċeduratal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ))
Full & Egal Universal Law Academy